top of page
Search

L-Għid it-Tajjeb!

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Meta wieħed jħares lejl l-altar maġġur f'dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 hekk kif ġie armat f'dawn il-jiem għal festi tal-Għid il-Kbir, wieħed jinnota diversi introduzzjonijiet ġodda.


Fuq din il-website, konna ġa aċċennajna aktar kmieni din is-sena li inħadmu sett kanapewijiet ġodda, u proprju issa qiegħed jiżżanżan il-kanapew tal-Għid il-Kbir (Abjad) li sa issa tlestietlu ukoll ir-raġġiera ta' kulur dehbi. Id-disinn ta' din ir-raġġiera kien ta' Mario Vella Cordina u sar fuq stil pjuttost modern. (Informazzjoni dwar is-sett kanapewijiet il-ġodda tistgħu tarawha f'dan l-artiklu).


Barra min hekk, qedgħin jerġgħu jinżżanżnu ukoll is-sett tal-vażuni tal-fjuretti wara li sar ir-restawr fuqhom matul ix-xahar li għadda. (Iinformazzjoni dwar dan ir-restawr tistgħu tarawha f'dan l-artiklu).


Introduzzjoni oħra li qed tiżżanżan f'dawn il-ġranet hija ta' sett fjuretti ġodda għaż-żmien tal-Għid il-Kbir.


Minnbarra f'dak l-armar f'dan il-mudell ta' knisja li għandu x'jaqsam mal-Għid il-Kbir, ġew armati, bħal ma jiġri kull xahar l-istatwi u s-santi li matul dak ix-xhar ikunu qed jiġu mfakkra l-festi tagħhom. Fost dawn għax-xhar ta' April insibu l-istatwa ta' San Ġorġ Martri (23 ta' April), liema statwa qed tiġi introdotta din is-sena wara li ġiet irregalata lil dan il-mudell ta' knisja matul is-sena li għaddiet, l-istatwa tal-Ħniena Divina ta'Ġesu (11 ta' April), u s-santa ta' Madonna tal-Fiduċja (26 ta' April).


Fl-aħħar nett id-diriġenti ta' dan il-mudell ta' knisja, filwaqt li jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd tas-sapport tagħkom jixtiequlkom l-Għid it-Tajjeb.





29 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentários


Os comentários foram desativados.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page