top of page

IL-ĠIMGĦA MQADDSA

Armar fil-Pussess ta' Dan il-Mudell ta' Knisja
b'Konnessjoni maż-Żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa

VARI

Din il-kollezzjoni ta' vari b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa, li tikkonsisti f’sett ta’ tnax-il vara, li jkopru bejn il-mument tal-aħħar ċena ta’ Sidna Ġesu Kristu, u l-qawmien mill-mewt tiegħu.
Il-vari kollha huma magħmula minn figuri tat-tafal ta’ daqs ta’ ftit aktar minn sitt pulzieri.
Is-sett oriġinali, li kien ġie akkwistat fis-sena 2008, huwa xogħol l-istatwarju mibki Lino Fardell, miż-Żejtun, Malta. Jingħad li Lino ħadem dan is-sett ta’ statwi fuq il-figuri aktar antiki, xogħol tal-istatwarju ieħor mibki, Nazzareno Gauci, magħruf aktar bħala id-Diżma, mir-raħal taż-Żejtun ukoll. Maż-żmien sarulu xi żidiet ta' figuri maħdumin minn Pawlu Muscat ta' Birkirkara.
Is-sett kien ġie akkwistat fis-sena 2008 u ovjament kien jidher feherm aktar differenti minn kif narawh illum, hekk kif kien aktar sempliċi u  nieqes minn kull tiżjin. 
Fis-sena 2019 inbeda proġett ta' restawr u rinovazzjoni ta' dan is-sett ta' vari, liema proġett għadu qed jitkompla, u qed jieħu ħsiebu Mario Vella Cordina. 
Is-sett tal-bankuni kien inħadem fis-sena 2014 minn Michael Vella.

Randan 2021.jpg

Iċ-Ċenaklu

L-ewwel vara li nsibu f’dan it-sett hija l-vara taċ-ċenaklu, jew kif inhi magħrufa aħjar; il-vara tal-aħħar ċena. Din il-vara hija waħda mdaqqsa sew, hekk kif fiha naraw tlettax-il figura.


Ta’ min isemmi li din il-vara ma kinietx tagħmel parti mis-sett oriġinali, iżda nxtrat fis-sena 2013, u hija xorta waħda xogħol l-istatwarju tas-sett oriġinali Lino Fardell.


Fis-sena 2020, sar xogħol ta’ restawr u rinovazzjoni fuq din il-vara. Inħadmitilha bażi ġdida tal-injam, u kif ukoll mejda ġdida fl-istess materjal. Ġie introdott il-pavimentar biex b’hekk ix-xena tieħu aktar idea realistika, kif ukoll żdiedet ukoll ġarra b’bieqja fil-ġemb biex tfakkarna fil-ġest li wettaq Ġesu meta ħasel riġlejn l-appostli, qabel ix-xena partikulari li naraw f’din il-vara; il-mument partikulari li Ġesu jgħid lid-dixxipli tiegħu li xi ħadd minn fosthom li kienu mdawrin ma dik il-mejda kien ser jittradih. Sar ukoll xi restawr tal-figuri, u tranġaw il-oġġetti ta’ fuq il-mejda bħal ma huma l-frott u  l-ħobż. Dan ix-xogħol sar minn Mario Vella Cordina.

cena_edited.jpg

L-Orazzjoni fl-Ort

Fis-sena 2020 , din il-vara għaddiet  minn rinovazzjoni sħiħa. L-figuri kollha tagħha ġew maqlugħa minn mal-bażi biex saret bażi ġdida tal-injam. Fl-art tal-vara ġiet introdotta replika ta’ terran ħadrani siemili għar-raba, filwaqt li bil-kartapesta inħadmet bażi ta’ zokk. L-figuri ġew restawrati f’dak li għandu x’jaqsam materjal kif ukoll wara ġew miżbugħa mill-ġdid. Iż-żewġ pari ġwienaħ ġew mibdula ma żewġ pari ġodda minħabba l-istat fraġli li kienu jinsabu fih. Hekk kif twaħħlu l-figuri imqiegħda b’mod differenti minn kif kienu oriġinarjament biex b’hekk il-figura ta’ Ġesu tieħu aktar prominenza. Ġie introdott serp b’lewn dehbi li tqiegħed maġen l-figura ta’ Ġesu biex ifakkarna fit-torment tax-xitan lil Ġesu f’dan il-mument li qed turi din il-vara. Fl-aħħar nett ġiet mibdula l-minjatura tas-siġra taż-żebbuġ ma waħda li ġiet maħduma proprju għal dan l-iskop fil-lewlu minn Jeanine Vella Cordina. Ta’ min isemmi li din il-vara hija maħduma fuq l-istess ideja tal-vara tal-Orazzjoni fl-Ort li nsibu f’Bormla, hekk kif insibu xebħ kbir mal-figura ta’ Ġesu u l-fatt li tinkludi żewġ anġli.

POSTER wirja 2021 - Copy.png

Il-Veronika

Il-vara tal-Veronika għaddiet minn restawr b’saħħtu f’dak li għandu x’jaqsam mal-materjal li hija maħduma fih, jiġifieri it-tafal, minħabba li dan ġarrab ħsarat konsiderevoli fuq in-naħa ta’ wara tar-ras tal-figura. Ġiet imneħħiha r-raġġiera li jista jkun li kienet il-kawża prinċipali tal-ħsara minħabba r-reazzjoni ta’ bejn ir-ramm u t-tafal. Wara li ġiet konsolidata il-vara ġiet miżbuha mill-ġdid biex b’hekk inżammet kemm jista jkun id-dehra oriġinali tagħha.

Ta’ min isemmi li din il-vara hija maħduma fuq l-istess ideja tal-vara tal-Veronika li nsibu f’Bormla.

veronika.jpg

Il-Kruċifissjoni

Bla ebda dubju, il-vara tal-Kruċifissjoni hija l-qofol ta’ dan il-kollezzjoni.

 

Oriġinarjament, din il-vara kienet tikkonsisti f’erba’ figuri, dawk tradizzjonali; Ġesu Msallab, il-Madonna, San Ġwann, u l-Madaliena.

 

Il-figura ta’ Lanġinu, maħduma mill-istatwarju Pawlu Muscat żdiedet fis-sena 2020, wara li l-vara ġiet rinovata minn Mario Vella Cordina.  Waqt dan l-intervent sar restawr tal-figuri kollha, u sar ukoll xogħol ta’ żebgħa, kif ukoll ġiet introdotta idea ta’ blat fuq il-bażi ukoll ġdida, biex tagħti aktar idea realistika tax-xena. Ġiet ikkonservata l-pjanċa li permezz tagħha jeħel il-kurċifiss mal-bażi, kif ukoll ġie ikkonservat is-salib innifsu.

 

Ta’ min isemmi li s-salib li naraw illum ma huwiex dak oriġinali. Dan kien inħadem minn Michael Vella fis-sena 2009, meta għamel sett slaleb ġodda għal din il-kollezzjoni flimkien mas-slaleb li nsibu fil-vari tal-Ort, ir-Redentur, u d-Duluri. Interessanti li is-sett tas-slaleb oriġinali ġie ikkonservat.

Ta’ min isemmi li din il-vara hija fuq l-istess ideja tal-vara tal-Kruċifissjoni li nsibu fil-Katidral ta' Għawdex.

vara kbira.jpg

Ġesu Rebbieħ fuq il-Mewt

Għal Gimgħa Mqaddsa 2021 żdiedet ma' dan is-sett ta' vari, vara ġdida li turi lil Ġesu Rebbieħ fuq il-Mewt, li kienet maħduma fis-sena 2020.

Din il-vara saret minn Pawlu Muscat u hija magħmulha fuq l-istess ideja

tal-vara tal-Irxoxt li naraw fil-Katidral ta' Għawdex. 

Il-bankun tagħha sar  fis-sena 2021 minn Michael Vella u jikkumplimenta s-sett ta' bankuni li diġa nsibu f'din il-kollezzjoni. 

rxoxt gdid.png

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page