Search
San Pawl Nawfragu
Hekk kif illum qedgħin infakkru l-konverżjoni ta' San Pawl, bħal ma nagħmlu kull sena f'dan il-mudell ta' knisja ġiet armata l-istatwa ta' San Pawl, biex din tibqa hemm sal-aħħar tax-xahar ta' Frar, biex jiġi mfakkar in-nawfraġju tiegħu fil-gżejjer Maltin, nhar l-10 ta' Frar.
Proprju l-għada imbagħad tal-festa nazzjoni tan-nawfraġju ta' San Pawl, jiġifieri sewwa sew nhar il-11 ta' Frar 2022, tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna ta' Lourdes, u għalhekk ġiet armata ukoll l-istatwa tagħha.
Fuq ix-xaqliba l-oħra tal-altar imbagħad ġiet imqiegħda s-santa tal-Beata Marija Addeodata Pisani, li t-tifkira tagħha ssir nhar il-25 ta' Frar 2022.
Commentaires