L-Aħħar Xogħlijiet...
Kif wieħed jista jinnota sewwa sew minn mir-ritratti li qedgħin naqsmu magħkom illum, f'dan ix-xahar qiegħeda tiġi mżanżna mill-ġdid ix-xemgħa tal-blandun. Bla dubju ta' xejn huwa notevoli r-restawr artistiku li sar tad-dekorazzjoni tagħha. Wara mbagħad sar restawr mill-ġdid tal-fidda li biha huwa ndurat il-gandliet maestuż li fih titqiegħed din ix-xemgħa.
Fir-ritratti wieħed jista wkoll jinnota wkoll introduzzjoni ġdida f'dan il-mudell ta' knisja.Kif wieħed jista jinnota, din hija tombstone tombstone, u hija ddedikata għal Doreen Vella Cordina, omm l-artist, u wieħed mid-diriġenti ta' dan il-mudell ta' knisja li għaddiet għal ħajja aħjar matul ix-xahar li għadda. Din it-tombstone ġiet imqiegħda b'mod permanenti bħala parti mill-paviment ta' dan il-mudell ta' knisja sewwa sew quddiem l-altar tas-Santissmu Sagrament.
Commentaires