Aktar Restawr u Konservazzjoni
Wara li s-sena li għaddiet sar restawr fuq il-gandlieri l-kbar tal-altar maġġur , din is-sena sar xogħol ta’ restawr fuq is-sett ta’ sitt vażuni tal-fjuretti li jintremgħu fl-okkażjonijiet bħal festa titulari, Milied, u Għid il-Kbir, fuq l-altar maġġur bejn l-gandlieri l-kbar.
Dan is-sett ta’ sitt vażuni jmur lura ħmistax-il sena proprju sa minn meta kien ġie inawgurat dan il-mudell ta’ knisja għall-ewwel darba fl-2005. Ta’ min isemmi li dan is-sett ta’ vażuni qatt ma ġie restawrat f’dan iż-żmien allura l-ħsara li ġarrbu tista tgħid kienet notevoli.
Il-proċess ta’ restawr u konservazzjoni kien jikkonsisti l-ewwel f’analiżi tal-materjal li kien deterjorat biex eventwalment ġie eliminat, imbagħad sar konsolidament tal-vażuni b’mod ġenerali. Wara kien hemm bżonn biex jerġa jingħata l-materjal fiddien biex hekk tingħata dehra kompluta u fl-aħħar nett saret dekorazzjoni dehbiha. Għalkemm din id-dekorazzjoni ma kinietx preżenti oriġinarjament, ġiet miżjudha biex tikkumplimenta d-dekorazzjoni dehbiha tal-gandlieri l-kbar, li kienet ġiet introdotta wara r-restawr tagħhom.
Dan huwa proġett ieħor biex nikkonservaw dak li għandna, biex jibqa jitgawda fil-futur ta’ dan il-mudell ta’ knisja.
![](https://static.wixstatic.com/media/d76d3a_fcee361c74494adc8bf63bf5a3212692~mv2.png/v1/fill/w_980,h_813,al_c,q_90,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/d76d3a_fcee361c74494adc8bf63bf5a3212692~mv2.png)
Comments