top of page
Search

Waslet il-Festa!

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Proprju għada, s-Sibt 31 ta' Lulju 2021, tibda l-Kwindiċina ta' Santa Marija li twassalna għall-festa titulari ta' Santa Marija Assunta proprju nhar il-15 t'Awwissu 2021.


Bħal ma nagħmlu kull sena, dan il-mudell jiġi mlibbes l-isbaħ libsa l itixraqlu għall-festa titulari. Għalhekk qed naqsmu magħkom xi ftit ritratti ta' kif dan il-mudell ta' knsija ġie mżejjen għall-festa ta' din is-sena.


Barra minn hekk nixtiequ ngħarrfukom dwar xi xogħol ġdid li sar din is-sena u li qiegħed jiżżanżan illum, fost dawn insibu t-tapit il-kbir li qiegħed jitqiegħed quddiem l-altar prinċipali, sewwa sew f'nofs dan il-mudell ta' knisja, liema tapit ġie maħdum minn Jeanine Vella Cordina ta' Jeanine's Creative Hands, u imbagħad qiegħed jiżżanżan ukoll għall-ewwel darba l-ventartal ġdid, introduzzjoni f'dan l-aspett f'dan il-mudell ta' knisja, għall-altar maġġur.


Kif ngħamlu għamilna tul din l-aħħar sena, minn żmien għal żmien qedgħin nippubblikaw fuljett li jixħet ħarsa dwar dak li jkun għddej f'dan il-mudell ta' knisja, u għalhekk illum qedgħin inppubblikaw ir-raba' ħarġa tiegħu b'rabta mal-festa titulari ta din is-sena. Titgħu taraw dan il-fuljett billi tafsu HAWN jew inkella permezz tal-paġna fuq din il-website 'fuljetti'.


Fl-aħħar nett nixtiequlkom il-festa t-taljba!




3 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Commenting has been turned off.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page