Sett Fjuretti Ġodda
Huwa veru li dan l-aħħar l-attenzjoni kienet mixħutha aktar fuq il-proġett ambizzjuż ta' rilokazzjoni, tisbiħ u tkabbir ta' dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 imma dan ma jfissirx li ma kienx hemm xogħolijiet oħra għaddejjin.
Kif tistgħu taraw hawn taħt qed naqsmu magħkom ritratt ta' sett fjuretti ġodda li nħadmu tul dawn l-aħħar ġimgħat minn Mario Vella Cordina proprju għal dan il-mudell ta' knisja biex jibdew jintremgħu bħala parti mill-apparat reliġjuż tal-altar maġġur fiż-żminijiet tal-Milied u l-Għid l-Kbir. Filfatt dawn is-sett fjuretti ser ikunu qedgħin jiżżanżnu fiż-żmien tal-Milied li ġej.
Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-fjuretti preċedenti (l-antiki) biex jiġu kkonservati b'mod aħjar. Minħabba l-materjal tal-karti rqaq li huma magħmulin bihom u ż-żmien konsiderevoli li għandhom. Għalhekk ġie deċiż li jibqgħu jiġu armati biss fiż-żmien tal-festa titulari ta' dan il-mudell ta' knisja biss sabiex ma ssirilhomx ħsara li tista' tiġi evitata u kien għalhekk li ġew maħduma sett fjuretti ġodda.
Dan is-sett fjuretti ġodda, jista jiġi nnutat li huwa differenti mis-sett ta' qabel, f'dak li għandu x'jaqsam ma stil u dehra. Huwa aktar fuq stil modern u minimalista hekk kif minflok il-fjurett jieħu l-forma ovali bħas-soltu, li issoltu nassoċjaw ma xogħolijiet simili, naraw dehra tawwalija. Intużaw fjuri magħmulin ukoll mill-karti biex b'hekk ukoll jinżamm valur artistiku.
Bħala vażuni għal dawn il-fjuretti ser ikun qiegħed jintuża l-istess sett ta' qabel, pero ser jkun qiegħed jiġi restawrat fil-ġimgħat li ġejjin.
![](https://static.wixstatic.com/media/d76d3a_49aa4a1571fb4198bb3890e642812a65~mv2.jpg/v1/fill/w_980,h_623,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/d76d3a_49aa4a1571fb4198bb3890e642812a65~mv2.jpg)
Comments