Santa Marija Lura fin-Niċċa Tagħha
Ftit tal-jiem ilu, proprju fit 22 t'Awwissu, Festa ta' Marija Reġina, sewwa sew ottava fuq l-Għid tal-Assunta, jiġu fi tmiemhom il-festi titulari f'dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005.
Proprju din il-ġimgħa, l-armatura kollha tal-knisja b'rabra mal-festa titulari ġiet merfugħha għal sena oħra u l-istatwa titulari, replika f'minjatura tal-istatwa titulari li nsibu fil-Katidral ta' Għawdex, iddaħħlet lura fin-niċċa tagħha.
Minkejja li baqa' ftit ġranet biex jispiċċa x-xahar t' Awwissu, xorta waħda ġew armati l-istatwi li l-festi tagħhom jiġu ċċelebrati fix-xahar ta' Settembru, u fost dawn insibu; Santa Tereża ta' Kalkutta (5 ta' Settembru) San Piju tal-Pjagi (23 ta' Settembru), u San Mikiel Arkanġlu (29 ta' Settembru).
Barra l-istatwi, għall-ewwel darba f'dan il-mudell qedgħin jiġu armati sett ieħor ta' santi b'rabta ma festi fix-xahar ta' settembru, u fost dawn insibu; L-Madonna tad-Dmugħ ta' Siracusa (1 ta' Settembru), It-Twelid ta' Sidtna Marija - ritratt tal-istatwa titulari meqjuma fil-Knisja Bażilika tax-Xagħra Għawdex (8 ta' Settembru), San Nikola ta' Toentinu (10 ta' Settembru), il-Madonna tal-Grazzji (12 ta' Settembru) u Tifkira tal-Madonna tal-Mellieħa (24 ta' Settembru).
Hawn taħt tistgħu taraw xi ritratti tal-armatura f'Settembru 2021.
Comentários