Rigal lil San Ġużepp fis-sena tiegħu.
Għada l-Ġimgħa 19 ta’ Marzu huwa jum San Ġużepp. Normalment tul dan ix-xahar f’dan il-Mudell ta’ Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria – Għawdex) A.D.2005 tintrema’ l-istatwa ta’ San Ġużepp bħala missier pater ta’ Sidna Ġesu Kristu, biex hekk titfakkar din il-festa. Pero din is-sena l-istatwa li normalment tintrema’ baqgħet ġewwa minnħabba li din is-sena sa minn Jannar li għadda fil-mudell ta’ knisja ġiet armata l-istatwa ta’ San Ġużepp Padrun tal-Knisja Universali u li ser tibqa armata sal-aħħar ta’ din is-sena. Dan minħabba li f’Diċembru tas-sena l-oħra il-Papa Franġisku pproklama li s-sena 2021 ser tkun iddedikata lil San Ġużepp bħala Padrun Universali tal-Knisja Kattolika permezz tal-bolla Patris Corde biex titfakkar il-150 sena anniversarju minn meta l-Papa Beatu Piju IX ta’ dan it-titlu lil San Ġużepp.
Għal din l-okkażjoni proprju tad-19 ta’ Marzu 2021, l-istatwa ta’ San Ġużepp Padrun tal-Knisja Universali qed titqiegħed fuq pedestall ġdid li ġie maħdum matul ix-xahar ta’ Frar, biex hekk issa sabet post għal kumplament tas-sena.
Eventwalment meta s-sena Ġużeppina tiġi fi tmiemha u għalhekk l-istatwa ta’ San Ġużepp Padrun tal-Knisja Universali ma jkolliex għax tibqa armata b’mod perpetwu, dan il-pedestal ser jibqa jintuża biex fuqu jitpoġġew l-istatwi ta’ kull xahar skond il-festi li jkunu qed jiġu ċċelebrati.
![](https://static.wixstatic.com/media/d76d3a_428b5056c4ae461db4a29219f3e3a084~mv2.jpg/v1/fill/w_576,h_943,al_c,q_85,enc_avif,quality_auto/d76d3a_428b5056c4ae461db4a29219f3e3a084~mv2.jpg)
Comments