top of page
Search

Randan 2021

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Din il-ġimgħa nagħtu bidu għal Randan ieħor, Randan 2021. Randan li ser jkun karatterizzat bħal dak ta' qablu min nuqqas ta' purċissjonijiet u pellegrinaġġi. Iżda għall-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 dan ir-Randan ser ikun ikkaratteriżżat mill-qabża fil-kwalita ta' kif dan il-mudell ta' knisja jiġi armat bi preparazzjoni għall-akbar festa fil-kalendarju liturġiku; l-Għid il-Kbir.


Biex nibdew ngħarfukom dwar dak li sar din is-sena, huwa interessanti li wieħed jaċċessa t-tielet ħarġa (ħarġa num. 3) tal-fuljett diġitali Assumpta Regina li jiġi ppubblikat minn żmien għal żmien minn dan l-istess mudell ta' knisja biex dawk kollha li jsegwuna jkunu jistgħu jżommu ruħhom aġġornati. Wieħed jista jaċċessa dan il-fuljett billi jidħol fis-sezzjoni 'Fuljetti' ta' din il-website. Jista wkoll wieħed jibgħat email fuq mudellknisjasatamarija@gmail.com u jibda jirċivieh permezz ta' email. Jekk wieħed jagħfas hawn jkun jista jaċċessa l-aħħar edizzjoni ta' dan il-fuljett li tiffoka partikularment fuq dak li sar ġdid f'dan il-mudell ta' knisja għaż-żmien tar-Randan 2021.


Il-proġett ta’ rilokazzjoni u estensjoni tal-mudell ta' knisja kien proprju l-bidu biex waħda mill-ħolm tad-diriġenti ta’ dan il-mudell ta’ knisja biex titwettaq f’rejalta. Din hija li l-esebizzjoni tas-sett ta’ vari magħmulin fit-tafal oriġinarjament minn Lino Fardell li kienu ġew akkwistati fis-sena 2008 u dan il-mudell ta’ knisja nnifsu li jkun imlibbes l-libsa tal-Ġimgħa Mqaddsa, jiġu mwaħħdin darba għal dejjem. Kif tistu' taraw mir-ritratti ta' hawn taħt wieħed jista jara kif dawn is-sett ta' vari ġew armati bħala parti minn dan il-mudell ta' knisja.


Għall-ewwel darba, id-diriġenti ta' dan il-mudell ta' knisja qedgħin jiftħu l-bibien tagħhom għal dawk li jsegwuna, biex jiġu personalment jaraw u jammiraw dan il-mudell ta' knisja flimkien ma dan is-sett ta' vari, armati għal dan iż-żmien tar-Randan. Huwa importanti iżda li wieħed jinnota li minħabba li l-ispazju huwa limitat u r-restrizzjonijiet b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus il-viżitaturi huma aċċettati biss bl-appuntament billi jibgħatu email fuq mudellknisjasantamarija@gmail.com u jingħataw id-dettalji kollha. (Il-wirja tinsab fir-Rabat Għawdex).


Fl-aħħar iżda mhux l-anqas qedgħin naqsmu magħkom ritratt tal-vara ġdida tal-Irxoxt li qedgħin inżanżnu din is-sena. Din hija xogħol l-istatwarju Pawlu Muscat u tikkumplimenta ħafna s-sett ta' vari ta' Lino Fardell, filfatt hija magħmula fit-tafal u qedgħa tiżdid ma dan is-sett.


Bħal dejjem nirringrazzjawkom tas-sett tas-sapport u l-interess li turu lil dan il-mudell ta' knisja.






18 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Commenting has been turned off.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page