Pubblikazzjoni tal-Fuljett Assumpta Reġina (Ħarġa 2 - Edizzjoni Milied)
Wara li ppubblikajna l-ewwel fuljett fl-okkażjoni tal-festa titulari, jiġifieri f’Awwissu 2020 issa f’Diċembru 2020 qedgħin nippubblikaw din it-tieni ħarġa, fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied.
F’din il-ħarġa, ser inkunu qedgħin niffukaw b’mod partikulari dwar ilproġett ta’ tisbiħ u tkabbir ta’ dan ilMudell ta’ Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 proġett li inbeda proprju ftit xhur qabel il-festa titulari u sewwa se laħaq il-qofol tiegħu mal-bidu talkwindiċina ta’ Santa Marija nhar il-31 ta’ Lulju 2020, permezz tar-rilokazzjoni talmudell ta’ knisja nnifsu. Għalhekk f’din il -ħarġa ser inkunu qedgħin naqsmu magħkom xi ritratti li juru x-xogħol li sar b’rabta mal-armatura ta’ dan il-mudell ta’ knisja.
B’rabta ma’ dan li qiegħed insemmi ser nagħtu ħarsa lejn kif l-armar ta’ żmien lAvvent u l-Milied qiegħed jiġi adattat u armat ladarba issa l-mudell ta’ knisja jikkonsisti f’mudell akbar jiġifieri mudell li jippermeti aktar armar. Imbagħad ser inkunu qedgħin nagħtu ħarsa lejn il-programm ta’ mumenti speċjali li fakkar il-15-il sena millinawgurazzjoni għall-ewwel darba ta’ dan il-mudell lura f’Lulju 2005, liema programm u avvenimenti issa ġew fi tmiemhom.
Biex taqraw il-fuljett kollu tistgħu tgħafsu HAWN jew billi żżuru l-paġna 'Fuljetti' fuq din il-website.
Comments