Is-Sena 2021: Sena Ġużeppina
Kien proprju nhar it-8 ta' Diċembru 2020 meta l-Papa Franġisku permezz tal-ittra appostolika "Patris Corde" jiġiffieri; "Bil-Qalb ta' Missier", ipproklama s-sena 2021 bħala Sena Ġużeppina. Din l-ittra timmarka l-150 sena minn meta l-Papa Beatu Piju IX iddikkjara lil San Ġużepp bħala Padrun tal-Knisja Universali.
Minħabba f'hekk f'dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 tul l-aħħar jiem ġiet armata l-istatwa ta' San Ġużepp Padrun tal-Knisja Universali, fejn ser tibqa armata tul din is-sena kollha.
Ta' min isemmi li din l-istatwa, li tidher hawn taħt fir-ritratt, qiegħda tiġi imżanżna wara li kienet żdiedet mal-kollezzjoni sabiħa ta' statwi fil-pussess ta' dan il-mudell ta' knisja matul is-sena li għaddiet, u hija tar-reżina. Din l-istatwa kienet ġiet akkwistata bħala donazzjoni.
![](https://static.wixstatic.com/media/d76d3a_d2c58140aeb4461bb0f6b22dba7a1ac3~mv2.jpg/v1/fill/w_493,h_1032,al_c,q_85,enc_avif,quality_auto/d76d3a_d2c58140aeb4461bb0f6b22dba7a1ac3~mv2.jpg)
Comments