Insaħħu Dak Li Nemmnu
Matul din is-sena, 2020, dan il-mudell ta’ knisja qiegħed jagħlaq 15-il sena minn meta ġie inawgurat. Kien proprju f’Lulju 2005 li dan il-mudell kien intrama għall-ewwel darba.
Għalhekk matul din is-sena ġie mħejji programm sħiħ u varjat ta’ mumenti speċjali biex infakkru dan l-anniversarju tant importanti għal kull min għandu għal qalbu dan il-mudell ta’ knisja ddedikat lil Santa Marija Assunta.
Issa li qedgħin nersqu lejn l-aħħar parti tal-programm speċjali b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-15-il sena aniversarju mill-inawgurazzjoni ta’ dan il-mudell ta’ knisja, nistgħu naraw kif meta ddiriġenti ta’ dan il-mudell konna qedgħin inħejju l-attivitajiet ħsibna biex inħejju programm varjat kemm jista jkun, biex b’hekk dawk kollha li jsegwuna, kemm jista jkun kulħadd isib xi ħaġa li tolqtu u tinteressah.
Meta wieħed iħares lejn il-programm ta’ mumenti speċjali sa mill-bidu tiegħu nhar l-ewwel ta’ Novembru tas-sena l-oħra, jiġifieri 2019, sal-lum, jintebaħ li s’issa l-mumenti speċjali kollha kienu jvarjaw mill-att storiku, għall-att artistiku, u kif ukoll l-att festiv. Iżda ma nistgħux inħallu dan l-anniversarju jgħaddi jekk fil-programm ma jkunx intmess l-aspett reliġjuż.
Sabiex xorta waħda nibqgħu fuq il-bażi artistika, għax wara kollox l-arti hija l-fulkru ta’ dan il-mudell ta’ knisja, għal dan il-jum, it-8 ta’ Settembru, li fih il-knisja qedgħha tiċċelebra t-twelid ta’ Sidtna Marija, ninkludu feature fejn nagħtu ħarsa lejn diversi statwi fil-kollezzjoni ta’ dan il-mudell ta’ knisja li juru xbiehat differenti tal-madonna tat-titli differenti.
Għalhekk filwaqt li nistedinkom li ssegwu dan il-feature li jinsab hawn taħt dan il-messaġġ, nirrigrazzjakom talli dejjem issegwu din il-paġna ddedikala lil dan il-mudell ta’ knisja.
Comentarios