top of page
Search

Il-Mudell Jitlibbes il-Libsa tal-Avvent

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Hekk kif ftit tal-ġranet ilu l-knisja daħlet fiż-żmien tal-Avvent, dan il-mudell ta' knisja ukoll tlibbes il-libsa tal-Avvent.

Minħabba li din hija l-ewwel darba li dan il-mudell ta' knisja qiegħed jitlibbes il-libsa tal-Avvent wara r-rilokazzjoni, xi ħaġa notevoli għall-aħħar hija li hekk l-armar kollu kif ukoll l-apparat reliġjuż li normalment insibu qiegħed jiġu aktar gawdut minħabba li l-mudell issa huwa fiżikament aktar u għalkemm jippermetti aktar xogħol.

Ċertament notevoli hija l-grotta li nħadmet propju għal dan il-mudell ta' knisja biex tilqa fiha s-sett ta' pasturi tar-resina li normalment kien jintrema quddiem l-altar mejda fil-festa tal-Epifanija. Issa din ser tibqa armata saż-żmien tal-Milied u għalhekk titgawda aktar.

Il-presepju maħdum fl-injam li kien jintrema fis-sangristija żamm postu u għalkemm is-sangristija għaddit minn rinovazzjoni totali xorta waħda dan il-presepju ġie armat kif kien isir qabel, iżda b'adattament għal wara r-rinovazzjoni.

Is-siġra tal-Milied bir-rigali, li tfakkarna fil-karita għal żmien il-Milied sabet ukoll post f'dan il-mudell ta' knisja bħal ma kien isir qabel, iżda issa ppreżentata b'mod aħjar minn qabel hekk kif issa l-mudell ta' knisja jippermetti dan.

Barra minn dawn ġew armati ukoll l-istatwi li tul dan ix-xahar niċċelebraw il-festi tagħhom, bħal ma nagħmlu kull xahar; Santa Barbara (4 ta' Diċembru), il-Kunċizzjoni (8 ta' Diċembru), il-Madonna ta' Guadalupe (12 ta' Diċembru), Ġesu Ħabib tat-Tfal (14 ta' Diċembru), u San Ġwann Evanġelista (27 ta' Diċembru). Barra minn hekk tqiegħdet ukoll santa ta' Santa Luċija li l-festa tagħha tiġi ċċelerbata nhar it-13 ta' Diċembru.


20 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Commenting has been turned off.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page