top of page
Search

Il-Milied Qed Joqrob!

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Hekk kif illum il-kalendarju qiegħed jimmarka l-25 ta' Ottubru, dan ifisser li baqa' sewwa sew xahrejn għal Jum tal-Milied.


Illum qed naqsmu magħkom proġett ġdid li konna qedgħin naħdmu fuqu dawn l-aħħar xhur, u qiegħed nirreferi li nħadmet grotta ġdida fuq l-istil tradizzjonali Malti permezz tal-kartapersta u din ser tkun qegħda tiżdied minn din is-sena bħala waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali f'dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 għaż-żminijiet tal-Avvent u l-Milied.


Din il-grotta ser tkun qedgħa tilqa fiha s-sett pasturi magħmulin mir-resina li kienu ġew akkwistati xi żmien ilu u sal-lum kienu qed jintremgħu quddiem l-altar mejda fiż-żmien tal-Epifanija sa tmiem żmien il-Milied.


Inħarsu 'l quddiem biex fiż-żmien meta dan il-mudell ta' knisja jibda jitlibbes il-libsa tal-Avvent, naqsmu magħkom xi ritratti ta' din il-grotta armata kif sippost.




44 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Commenting has been turned off.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page