top of page
Search

Frar Ifawwar l-Bjar

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Ix-xahar ta' Frar għalina l-Maltin huwa sinonimu mat-tifkira tan-nawfraġju ta' Missierna San Pawl nhar l-10 ta' Frar. Għalhekk bħal ma ngħamlu kull sena f' dan il-Mudell ta' Knisja ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 din is-sena ukoll ġiet armata l-istatwa sabiħa maħduma fl-alabastru tal-Appostlu tal-Ġnus, San Pawl.


Barra minn hekk għal dan ix-xahar ġiet imqiegħda fuq l-altar ukoll l-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes bit-tifkira tagħha tinżamm nhar il-11 ta' Frar.


Ta' min jinnota li fuq l-altar maġġur ġie imqiegħed wieħed mill-kanapewijiet l-ġodda; dak b'kulur ħadrani li ser jkun qiegħed jintuża għaż-Żmien ta' Matul is-Sena.


Fil-ġenb imbagħad, sewwa sew ħdejn il-fonti taż-żejt tal-magħmudija tan-naħa tal-lemin meta tħares lejn dan il-mudell ta' knisja tqiegħdet ikona tal-Beatu Papa Piju IX li t-tifkira tiegħu tinżamm nhar is-7 ta' Frar. Din hija ritratt tal-korp li nsibu fil-Katidral ta' Għawdex.


L-istatwa ta' San Ġuzepp Padrun tal-Knisja Universali inżammet armata hekk kif issa dħalna fit-tieni xahar ta' din is-Sena Ġużeppina. Għadna nistgħu naraw ukoll armata fil-knisja l-istatwa ta' Santa Barbara hekk kif bħal ma jgħidu dan ix-xahar ta' Frar huwa sinonimu max-xita u għalhekk mal-maltemp bil-qawl Frar ifawwar il-bjar.




11 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Commenting has been turned off.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page