top of page
Search

Feature fuq l-Istazzjon Nazzjonali

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Huwa fatt li din is-sena l-armar b'rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa f'dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 ingħata spinta 'l quddiem.


Din is-sena grazzi għall-estenzjoni tal-mudell ta' knisja li saret is-sena l-oħra, ġew introdotti diversi elementi ġodda. Dawn jinkludu;

  • l-armar ta' sett ta' vari magħmulin fit-tafal oriġinarjament minn Lino Fardell,

  • xogħol ta' sett fjuretti maħdumin fil-lewlu minn Jeanine Vella Cordina biex jitqiegħdu quddiem il-bankuni tal-vari tul iż-żmien tar-Randan,

  • sett vażuni maħdumin fit-tafal minn Mario Vella Cordina biex jitqiegħdu fihom is-sett tal-fjuretti tal-lewlu,

  • xogħol ta' tlett bankuni ġodda maħdumin fl-injam tal-Ġewż minn Michael Vella u llostrati bl-idejn minn John Cordina,

  • restawr ta' żewġ vari oħra; L-Orazzjoni fl-Ort, u l-Veronika,

  • minjatura ta' siġra taż-żebbuġ maħduma fil-lewlu minn Jeanine Vella Cordina għal fuq il-vara tal-Orazzjoni fl-Ort,

  • bandalora tal-Passio Domini ġdida rrakkmata bl-idejn minn Jeanine Vella Cordina,

  • tapit għal żmien ir-Randan biex jitqiegħed quddiem il-presbiterju tal-mudell ta' knisja maħdum minn Jeanine Vella Cordina, u

  • l-introduzzjoni tal-vara l-ġdida ta' Kristu Rxoxt li nħadmet is-sena li għaddiet minn Pawlu Muscat biex tikkumplimenta s-sett ta' Lino Fardell.

Proprju għal din is-sena wkoll, dawk kollha interessati li jiġu jżuru dan il-mudell ta' knisja armat għaż-żmien tar-Randan huma mistiedna jibgħatu email fuq mudellknisjasantamarija@gmail.com .

Id-dati huma 27, 28, 30 u 31 ta' Marzu, u 1 ta' April. Biss ta' min jinnota li l-ewwel tlett dati (jigifieri 27, 28, u 30 ta' Marzu) huma meħudin (Fully Booked), għalhekk baqa disponibbli biss l-aħħar żewġ ġranet (jiġifieri 31 ta' Marzu u 1 ta' April).


Barra minn hekk din is-sena lqajna lit-tim tal-Programm televiżiv "Mill-Qarċilla sas-Salib" li jixxandar nhar ta' Ħadd filgħodu fuq TVM ippreżentat minn Pawlu Micallef, biex b'hekk naqsmu mat-telespettaturi ftit xeni ta' dan il-mudell ta' knisja armat għaż-żmien tar-Randan, flimkien ma intervista qasira minn Mario vella Cordina, proprjetarju ta' dan il-mudell ta' knisja. Dan il-programm jixxandar fuq TVM; Il-Ħadd 21 ta' Marzu fl-10am, It-Tnejn 22 ta' Marzu fid-9am, u fuq TVM2; It-Tlieta 23 ta' Marzu fil-11:30pm, l-Erbgħa 24 ta' Marzu fl-4:30pm, u l-Ġimgħa 26 ta' Marzu fit-8:30am, jew inkella fuq tvmi.mt . Inħeġġukom sabiex tarawh.





73 views0 comments

Recent Posts

See All

コメント


コメント機能がオフになっています。

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page