top of page
Search

Diversi Qaddisin Mfakkra Dan Ix-Xahar

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Għal dan ix-xahar ta' Ottubru, dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 għandna kollezzjoni sabiħa ta' diversi statwi u santi/ikoni ta' qaddisin li l-festa tagħhom tiġi mfakkra tul ix-xahar ta' Ottubru.


L-ewwel li nsibu hija l-festa tal-Anġli Kustodji (2 ta' Ottubru), jumejn wara mbagħad insibu l-festa ta' San Franġisk t'Assisi (4 ta' Ottubru), il-Papa San Ġwanni XXIII ukoll jiġi mfakkar f'dan ix-xahar (11 ta' Ottubru), biex imbagħad f'nofs ix-xahar insibu l-festa ta' Santa Tereża t'Avila (15 ta' Ottubru). Santa Orsla Verġni u Martri (21 ta' Ottubru), li tagħha f'dan il-mudell ta' knisja nsibu replika fotografika tal-bust li nsibu fil-Katidral ta' Għawdex, ukoll tiġi mfakkra dan ix-xahar. Ta min isemmi li din is-sena dan il-bust ġie armat fin-niċċa tal-vara titulari ta' dan il-mudell peress li l-vara titulari tinsab armata fuq l-altar. L-għada mbagħad insibu festa oħra mportanti għal dan il-mudell ta' knisja, il-festa tal-kbir Papa maħbub San Ġwanni Pawlu II (22 ta' Ottubru) li tiegħu f'dan il-mudell insibu mafkar tul is-sena kollha, hekk kif dan huwa t-tieni titular ta' dan il-mudell ta' knisja. Għalhekk għal dan ix-xahar tqiegħdu fjuretti żgħar quddiem il-mafkar tiegħu. Imbagħad lejn l-aħħar tax-xahar insibu l-festa ta' wieħed mill-appostli San Ġuda Taddew (28 ta' Ottubru) li qed tintrema' santa b'fotokopja tal-istatwa li nsibu ta' dan il-qaddis ġewwa l-Bażilika tax-Xagħra Għawdex.


Ma dawn imbagħad wieħed jinnota ukoll l-istatwa ta' Santa Barbara li bħal kull sena din tkun armata tul ix-xhur assoċjati mal-maltempati fuq il-gżejjer Maltin.


Hawn taħt issibu ritratt ta' dawn l-istatwi u s-santi u ikoni li semmejna hawn fuq armati f' dan il-mudell ta' knisja tul ix-xahar ta' Ottubru.




14 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Commenting has been turned off.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page