Bdejna Sena Ġdida!
Ninsabu fl-ewwel xahar tas-sena l-ġdida, sena li kullħadd qiegħed jittama fiha b'ħerqa kbira. Iżda minnkejja kollox l-andament f'dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 tista tgħid li ma qata' xejn, anzi ħdimna aktar biex inkomplu nsebħu dan il-mudell.
Hekk kif għad kif bdejna x-xahar ta' Jannar proprju ftit tal-ġranet ilu, dan il-mudell ġie mlibbes il-libsa ta' dan iż-żmien. Kif tistgħu tinnutaw mir-ritratti ta' hawn taħt, u jekk forsi kontu ssegwu dan il-mudell fis-snin l-imgħoddija, tistgħu tinnutaw li bħal ma ġara fl-armatura tal-Avvent, anke għal żmien il-Milied qedgħin narmaw kemm xejn differenti, dan minnħabba bħal ma forsi ġieli spjegajna, peress li ssa l-mudell jinsab fuq skala akbar peress li ġie rilokat u miżjud, għandna aktar spazju fejn nimirħu.
Il-Bambin tal-Epifanija tiegħed fuq l-altar maġġur bi prominenza u fuq kull naħa tiegħu ġew imqiegħda żewġ minjaturi siguri ta' xemgħat, li ġew mgħotija lilna fuq donazzjoni, u għalhekk din hija l-ewwel darba li qedgħin jintużaw. Bħal dejjem imbagħad ftit aktar 'il fuq fuq l-altar maġġur insibu x-xbiha antika ta' 'Marija Omm Alla' li l-festa tagħha tiġi kull l-ewwel tas-sena.
Barra minn hekk għal Jannar ta' din is-sena qedgħin jiżdiedu għall-ewwel darba f'dan il-mudell tlett santi ġodda kif ukoll ikona, li ġew akkwistati matul is-sena li għaddiet. Insibu; Il-Bambin ta' Praga (14 ta' Jannar), San Anton Abbati (17 ta' Jannar), u San Ġwann Bosco (31 ta' Jannar). Imbagħad għas-17 ta' Jannar ukoll insibu l-ikona tal-Madonna tal-Eżempju t-Tajjeb li hija tifkira tat-tieġ ta' Kana li skond it-tradizzjoni kien sar f'dak il-jum.
Bħala statwi għal dan ix-xahar insibu waħda; Il-Madonna ta' Medjugorje jew kif nafuha aħna l-Maltin l-Madonna tal-Paċi, li l-festa tagħha issir nhar 24 ta' Jannar. Kif tistgħu tinnutaw li l-istatwa ta' Santa Barbara tinsab ukoll armata fil-mudell bħal ma jsir dejjem fiż-żmien tax-xitwa.
Fl-aħħar nett, ma nistgħux ngħalqu dan l-artiklu u ma nawgurawx sena ġdida mimlija saħħa u paċi lil kull min isewgina.
Comments