B'dispjacir iżda b'responsabbilta
Updated: Mar 18, 2021
B’dispjacir iżda b’responsabbilta l-wirja li kellha ssir lejn tmiem dan ix-xhar b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa qiegħda tiġi KKANĊELLATA. Dan fid-dawl tal-aħħar żviluppi b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus li qiegħed jolqot lil pajjiżna.
Xorta waħda dawk interessati jistgħu jaraw il-virja b’mod virtwali hekk kif aktar tard dan ix-xahar ser inkunu qedgħin naqsmu magħkom filmat tal-wirja.
Sa dan it-tant infakkrukom li dan il-Mudell ta’ Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria – Għawdex) A.D.2005 ser jkun qiegħed jidher waqt il-programm Mill-Qarċilla sas-Salib nhar il-Ħadd 21 ta’ Marzu fuq TVM fl-10am b’repetizzjoni t-Tnejn 22 ta' Marzu fid-9am fuq TVM ukoll, u fuq TVM2; It-Tlieta 23 ta' Marzu fil-11:30pm, l-Erbgħa 24 ta' Marzu fl-4:30pm, u l-Ġimgħa 26 ta' Marzu fit-8:30am, jew inkella fuq tvmi.mt . Inħeġġukom sabiex tarawh.
Fl-aħħar nett nirringrazzjawkom bħal dejjem li minkejja kollox dejjem turuna s-sapport tagħkom.
![](https://static.wixstatic.com/media/d76d3a_99e793e0800048b7a927bacae78d281c~mv2.png/v1/fill/w_545,h_833,al_c,q_90,enc_avif,quality_auto/d76d3a_99e793e0800048b7a927bacae78d281c~mv2.png)
Comentários