top of page
Search

Aktrar Ħiddma

Writer's picture: Mario Vella CordinaMario Vella Cordina

Aktar ħiddma kienet għaddejja dawn l-aħħar ġimgħat mid-diriġenti ta' dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 f'dak li għandu x'jaqsam kemm xogħol għall-mudell fuq bażi regolari kif ukoll b'rabta mall-Ġimgħa Mqaddsa.


Kif tistgħu taraw mir-ritratti ta' hawn taħt ġew maħduma sett ta' 5 kanapewijiet ġodda biex jibdew jitqiegħdu fuq l-altar maġġur tal-knisja minflokk dak li konna naraw sal-lum. Ta' min isemmi li l-kanapew l-antik ser ikun ikkonservat minħabba li huwa l-kanapew l-oriġinali li ilu jintuża sa minn meta dan il-mudell ta' knisja kien ġie inawgurat għall-ewwel darba fl-2005. Il-kanapewijiet il-ġodda jikkonsistu f'kuluri differenti biex b'hekk jinbidlu skond iż-żmien liturġiku biex b'hekk issa insibu wieħed differenti għal dawn iż-żminijiet; Avvent, Milied, Randan, Għid l-Kbir, u Żmien ta' Matul is-Sena. Ta' min isemmi hawn li dak li jintuża għaż-żmien tal-festa titulari ser jibqa dak li qed jintuża f'dawk iż-żminijiet preżentament għall-festa titulari. Ix-xogħol ta' disinn u mmudellar sar minn Mario Vella Cordina filwaqt li x-xogħol kollu relatat ma' drapp u ħjata sar minn Jeanine Vella Cordina.


Minn barra minn dan ix-xogħol imsemmi hawn fuq f'dawn l-aħħar ġranet ġie konkluż proġett ambizzjuż b'rabta mall-Ġimgħa Mqaddsa li ser inkunu qed narawh jiżżanżan ftit tal-ġimgħat oħra meta dan il-mudell ta' knisja jkun qed jitlibbes il-libsa tar-Randan. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti fil-manifattura totali ta' 14-il fjurett li ser jkunu qedgħin jżejnu u jakkumpanjaw is-sett ta' vari li minn hawn nistgħu inħabbru li għall-ewwel darba ser ikunu qed jintramgħu b'tali għall-ewwel darba f'dan il-mudell ta' knisja, iżda dwar dan nagħtukom aktar tagħrif fiż-żmien li ġej. Biex nibqgħu nitkellmu dwar il-fjuretti, dawn jikkonsistu f'arranġament tal-fjuri magħmulin mil-lewlu b'reqqa kbira minn Jeanine Vella Cordina mqiegħda f'sett vażuni magħmulin fit-tafal minn Mario Vella Cordina.


Inħarsu 'l quddiem biex naraw dawn iż-żewġ settijiet ta' xogħol; il-kanapewijiet u l-fjuretti, jibdew jgħamlu parti minn dan il-mudell ta' knisja, u għalhekk inkunu nistgħu nibdew naqsmu r-ritratti tagħhom magħkom fi żmien qasir. Sa dan it-tant nirrangwazzjawkom tas-sapport li dejjem turu.




33 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Commenting has been turned off.

©2020 by Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005. Proudly created with Wix.com

bottom of page