70 Sena mid-Domma tal-Assunzjoni u x-Xahar ta' Novembru
Hekk kif illum il-knisja qiegħda tfakkar is-70 sena mill-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunzjoni proprju nhar l-1 ta' Novembru 1950 minn Papa Piju XII permezz tal-bolla ‘Munificentissimus Deus’,
dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005, qiegħed jitlibbes il-libsa tax-xahar ta' Novembru, wara li ċċelebrajna bi kbir ix-xahar ta' Ottubru ta' din is-sena, fejn l-istatwa titulari ta' Santa Marija Assunta ġiet armata fuq l-altar biex infakkru l-15-il sena anniversajru minn meta din kienet ġiet introdotta f'dan il-mudell ta' knsija.
Apparti d-Domma tal-Assunzjoni, ix-xahar ta' Novembru jiftaħ ukoll b'żewġ festi kbar; fl-1 ta' Novembru, tifkira tal-Qaddisin kollha, u jum wara, jiġifieri fit-2 ta' Novembru, tifkira tal-erwieħ kollha.
Din is-sena biex infakkru l-qaddisin kollha f'dan il-mudell ta' knisja, ġiet introdotta santa ġdida li turi lis-Santissima Trinita fin-nofs, li bi switha hemm bilqiegħda l-Madonna, u madwarhom jidhru ħafna qaddisin li xi wħud minnhom jistgħu jintgħarfu permezz tas-simboli li qiegħdin iżommu, jekk wieħed jħares fid-dettall.
Fuq l-altar mejda mbagħad nistgħu naraw is-simbolu tas-salib bil-figura ta' Ġesu mejjet bix-xemgħat, waħda kull naħa biex jfakkarna fit-tifkira tal-erwieħ kollha.
Barra minn hekk, jekk wieħed jara dawn ir-ritratti li qiegħdin naqsmu magħkom illum wieħed jista jinnota diversi santi oħra li qiegħdin imxerdin ma' dan il-mudell biex jitfakkru diversi qaddisin u li qed jiġu mfakkru tul dan ix-xahar.
Fost dawn insibu; San Martin Isqof ta' Tours (11 ta' Novembru), Tifkira ta' Monsinjur Sidor dei Conti Formosa Montalto - fundatur tas-sorijiet Ursolini f'Malta (15 ta' Novembru), Tifkira ta' Mamma Margherita Omm Don Bosco (26 ta' Novembru), u l-Madonna tal-Midalja Mirakoluża (27 ta' Novembru),
Comments