16-il Sena Anniversarju u Tifkiriet Oħrajn.
Lulju huwa x-xahar li fi tmiemu jwassalna lejn il-ftugħ tal-festa titulari ta' dan il-Mudell ta' Knisja Ddedikata lil Santa Marija Assunta (Victoria - Għawdex) A.D.2005 permezz tal-kwindiċina ta' Santa Marija.
Iżda, hekk kif għadna fil-bidu tiegħu tajjeb li nagħtu ħarsa lejn il-festi li jiġu mfakkra f'dan ix-xahar li tagħhom fil-kollezzjoni ta' dan il-mudell ta' knisja nsibu xi santa jew inkella xi statwa, u għalhekk tul dan ix-xahar, bħal ma nagħmlu fix-xhur l-oħra kollha ta' matul is-sena, dawn is-santi u statwi partikulari jiġu armati f'dan il-mudell ta' knisja.
L-1 ta' Lulju - Tifkira ta' Beatu Nazju Falzon (santa)
It-13 ta' Lulju - Tifkira tal-Madonna tat-Tlett Wardiet, jew kif inhi magħrufha aħjar Rosa Mystica (statwa)
Is-16 ta' Lulju - Tifkira tal-Madonna tal-Karmna (santa)
L-24 ta' Lulju - Tifkira ta' Euġenju Borġ (santa)
Il-25 ta' Lulju - Tifkira ta' San Kristofru (santa)
Is-26 ta' Lulju - Tifkira tal-Ġenituri tal-Madonna (statwa)
Ta min isemmi li b'rabta ma' din l-aħħar tifkira f'dan il-mudell ta' knisja tul din l-aħħar sena ġiet inkluża ikona permanenti li turi lil madonna flimkien mal-ġenituri tagħha. Dan jifforma parti mill-par ikoni li insibu fit-truff nett fuq kull naħa tal-altar li flimkien jissimbolizzaw lil Marija Sultana tal-Familja.
* * *
Fuq nota differenti tul dan ix-xahar ta' Lulju qedgħin infakkru għeluq is-16-il sena anniversarju minn meta dan il-mudell ta' knisja kien ġie inawgurat għall-ewwel darba f'Lulju 2005.
Comments